Inżul ta’ emerġenza ta’ ajruplan fir-Russja wara li miet il-pilota

Dmitry Ustinov

Ajruplan mimli turisti ġie sfurzat jagħmel inżul ta’ emerġenza wara li l-pilota għadda minn attakk tal-qalb li wassal għall-mewt tiegħu fil-cockpit tal-ajruplan.

Wara li l-ajruplan tniżżel fil-Platov International Airport f’Rostov-on-Don hu nstab li kien tilef ħajtu. Skont media internazzjonali paramediċi abbord l-ajruplan ippruvaw jagħtuh l-għajnuna imma kien kollu għalxejn.

L-ajruplan kien qed jittajjar 33,000 pied ‘il fuq minn Moska u kien direzzjonat lejn il-Black Sea resort ta’ Anapa.

Passiġġiera qalet li membru tal-ekwipaġġ bdiet tistaqsi lill-passiġġieri fuq l-ajruplan jekk kienx hemm xi tabib abbord hekk kif kien hemm wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ li ma kienx qed iħossu sew. Ftit minuti wara qalulhom li kien se jsir inżul ta’ emerġenza.