Inżamm arrestat wara li rreżista pulizija f’Għawdex

Żagħżugħ ta’ 19-il sena miż-Żebbuġ Għawdex tressaq il-Qorti taħt arrest, wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.
Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joanne Vella Cuschieri, iż-żagħżugħ ġie akkużat li lbieraħ kiser il-kundizzjonijiet fil-lock-up u ġol-garaxx tal-Pulizija ta’ Għawdex, attakka jew għamel reżistenza fuq l-Uffiċċjali tal-Pulizija u ma obdiex l-ordnijiet tagħhom.
Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u nżamm arrestat.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.