Inzaghi jħalli lil Venezia sabiex jingħaqad ma’ Bologna

Filippo Inzaghi ffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Bologna F.C. wara li telaq lit-tim tas-Serie B Venezia. L-eks attakkant ta’ AC Milan infired minn ma’ Venezia wara li dawn tilfu fil-playoffs għall-promozzjoni.

Inzaghi beda l-karriera ta’ kowċ tiegħu mal-Primavera ta’ Milan qabel inħatar bħala kowċ tat-tim maġġuri fl-2014. Hu dam biss staġun wieħed u minfloku mbagħad intgħażel Siniša Mihajlović.

“Super Pippo”, laqam li ngħatalu mill-partitarji, rebaħ żewġ titli tas-Serie A mar-Rossoneri, kif ukoll iċ-Champions League fl-2003 u fl-2007, u kien parti mit-tim Taljan li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2006.

Bologna spiċċaw l-istaġun li għadda fil-15-il post u keċċew lil Roberto Donadoni ta’ 54 sena sabiex temmewlu esperjenza li damet sentejn u nofs fin-nord tal-Italja.

Miġjub lilek minn Hublot