Inxerred ritratti tiegħek jekk titlaqni – akkużat li hedded tifla ta’ 13-il sena

Żagħżugħ ta’ 18-il sena li qed jiġi akkużat li kkorrompa tifla ta’ 13-il sena ħareġ fil-Qorti li hu hedded lit-tifla li jekk ittemm ir-relazzjoni minn miegħu kien se jxerred ritratti indiċenti tagħha onlajn.

Il-pulizija ressqet lill-akkużat residenti l-Għargħur il-Qorti wara li omm it-tifla qalet lill-pulizija dwar il-messaġġi li sabet fuq il-mowbajl ta’ bintha li kienu jindikaw li kienu jinsabu f’relazzjoni sesswali. Fil-Qorti ħareġ ukoll li ż-żagħżugħ kien konxju tal-età tat-tifla.

Waqt li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni insistiet li ż-żagħżugħ jaħdem l-Isptar Mater Dei, propju ħames minuti ‘l bogħod mir-residenza tat-tifla. Għaldaqstant, iż-żagħżugħ baqa’ jinżamm taħt arrest.