Aġġornata: Konrad Mizzi jiċħad li investitur fil-kumpanija għandha rabtiet mal-korruzzjoni

Il-Ministru Konrad Mizzi ċaħad li waħda mill-investituri tal-kumpanija sigrieta tiegħu fil-Panama hi Leticia Montoya Moran, li taħdem għall-kumpanija tal-Panama Mossack Fonseca, hi mniżżla bħala direttriċi jew shareholder f’minn tal-inqas 10,000 kumpanija shell u rabtiet ma’ kumpaniji shell li kienu involuti fi skandli kbar ta’ korruzzjoni.

Spjega li l-uniċi shareholders ta’ Hearnville Inc. huma Orion Trust (New Zealand) Limited bħala trustees ta’ Rotorua Trust. Qal li m’hemmx iktar shareholders jew investituri fil-kumpanija, li m’għandhiex fondi jew kontijiet bankarji.
Ġurnal lokali sostna li l-Panama Papers, li kienu ppubblikati lbieraħ mill-investigazzjoni internazzjonali tal-ġurnalisti, juru li waħda mill-kumpaniji shell li Montoya Moran kienet assoċjata magħhom hemm Nicstate, li kienet intużat mill-eks-President tan-Nikaragwa Arnold Aleman biex idaħħal €87 miljun ta’ fondi tal-istat fil-kont bankarju tiegħu.