Investiment ta’ €800,000 għas-sajjieda f’Marsalforn

Fil-ġimgħat li ġejjin, fil-port ta’ Marsalforn se jingħata bidu għal xogħlijiet biex jitjiebu l-faċilitajiet disponibbli għas-sajjieda.
Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg.
Ix-xogħol jinkludi bini mill-ġdid tal-ħajt tal-menqa biex jipprovdi aktar portezzjoni għad-dgħajjes, rikostruzzjoni għas-slipway, konservazzjoni tal-binjiet eżistenti sabiex jiġu mibdula f’uffiċini mgħammra b’żewġ kompjuters u mwieżen ġodda, tibdil tal-winċ għall-wieħed aktar modern, u se jiġi rranġat ukoll il-moll, u s-suppliment u l-installazzjoni ta’ servizzi fl-inħawi,
Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li dawn l-interventi se jkunu possibbli permezz ta’ allokazzjoni mill-Fond Ewropew għas-Sajd 2007-2013, li kważi tlaħħaq is-somma ta’ €800,000. 
Ritratt: MGOZ – George Scerri