Investiment ta’ €20 miljun għall-manutenzjoni tal-iskejjel

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni nefaq total ta’ €20 miljun fuq bini ta’ skejjel matul din is-sena. Matul ix-xhur tas-Sajf se jkunu ntefqu €8 miljun fuq manutenzjoni u xogħol ta’ bini fuq 40 skola madwar Malta u Għawdex.
Dalgħodu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo żar ix-xogħlijiet li qed isiru fl-Iskola Nazzjonali tal-Isports f'Pembroke li se tkun qed tilqa’ fiha 225 student. F’din l-iskola qed isir proġett ta’ €1.6 miljun.
Il-Ministru Bartolo żar ukoll il-kulleġġ ta’ Santa Margerita f’Bormla fejn bħalissa qed isir xogħol ta’ estensjoni. F’din l-iskola ntefqu madwar €2.1 miljun u t-tieni parti tal-proġett mistenni jitlesta sal-2015.
Intant diversi cameras tas-sigurtà ġew installati u f’diversi skejjel inbiddlet l-għamara.

Ritratt: DOI- Omar Camilleri