Investiment ta’ €2 miljun fiċ-ċentru tal-Birgu

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo żar ix-xogħlijiet li għaddejjin fil-Berġa ta’ Franza mill-Kunsill Lokali tal-Birgu, li huma stmati li jlaħħqu €2 miljun ewro.
Is-Sindku tal-Birgu John Boxall tkellem fuq il-proġett li għaddej bħalissa fejn matul il-ġimgħat li ġejjin se tkun qed tinfetaħ l-ewwel latrina pubblika fil-lokalità u Kafetterija.
Stefan Buontempo spjega kif bejn l-2013 u l-2016, il-Gvern se jkun għamel investiment totali ta’ €11.5 miljun ewro fi proġetti ta’ restawr fil-lokalitajiet tal-Kottonera permezz tad-Direttorat tar-Restawr. 
Buontempo appella biex aktar Kunsilli Lokali jkomplu jwettqu proġetti innovattivi fil-lokalitajiet.

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott