€4 miljuni għal Triq Ħal Luqa

Il-Gvern ħabbar investiment ta’ €4 miljun fil-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa f’Santa Luċija.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent bil-bini u manutenzjoni ta’ toroq f’Malta.

L-istqarrija tispjega li f’din it-triq se jitħawwlu 170 siġra indiġena u se tinkludi faċilitajiet pedonali u għaċ-ċiklisti.

Rigward miżuri ta’ sikurezza, l-istqarrija tispjega li t-triq se tinkludi central strip attrezzata b’dawl ġdid, sistemi ta’ trażżin għall-vetturi (crash barriers) u motorcycle strips, dan flimkien ma’ disinn ġdid tat-triq li se jinkorpora pedestrian crossings u bus bays imtejba għat-trasport pubbliku.