Investiment ta’ €30,000 għal renovar tad-Domus u tas-Salesjani f’Ħad-Dingli

DOI: Clodagh O'Neill

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg żar il-binjiet tad-Domus u tas-Salesjani f’Ħad Dingli fejn id-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi qed iwettaq xogħlijiet ta’ renovar b’investiment totali ta’ madwar €30,000.

Il-Ministru Borg qal li l-faċilitajiet u l-ispazji fil-komunità huma fost l-ewwel prijoritajiet għax dawn jaffettwaw b’mod dirett il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta’ kwalunkwe lokalità.  Qal li filwaqt li qed jaħdmu fuq spazji miftuħa ġodda, qed jikkumplimentaw din il-ħidma b’aktar interventi fl-ispazji u l-binjiet li fihom il-komunitajiet jgħixu l-ħajjiet soċjali tagħhom.

Fil-binja tad-Domus, il-proġett jinkludi xogħol fuq is-soqfa u fuq il-ħitan u xogħlijiet oħra ta’ rinovazzjoni bħall-kontrabejt u l-madum tal-art. Fin-naħa tas-Salesjani, ix-xogħol jinkludi l-bini mill-ġdid tal-istrutturi, faċilitajiet aċċessibbli u waterproofing, fost interventi oħra.