Investiment ta’ €2 miljun għal umbrelel ġodda fil-Valletta Waterfront

Tul il-perjodu tal-lockdown f’Malta minħabba l-Coronavirus il-Valletta Cruise Port u s-sidien tal-istabbilimenti fil-Waterfront tal-Belt ġew investiti €2 miljun biex saru strutturi ta’ tined moderni.

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li dawn it-tined ġodda huma prattiċi u avvanzati, filwaqt li jirrispettaw l-aspett storiku tal-post jinkorporaw l-iskop tal-passat u tal-preżent tiegħu. Żiedet tgħid li s-sena li għaddiet kienet waħda rekord Valletta Waterfrotn hekk kif il-movimenti tal-passiġġieri kienu jammontaw għal 900,000, li turi żieda ta’ 27% fuq dik tas-sena ta’ qabel u ta’ 83% fuq tas-sena 2010.

Il-Ministru temmet tgħid li mill-2002 ġew investiti madwar €30 miljun fil-Valletta Waterfront, biex illum jikkumplimenta l-Port il-Kbir u joffri l-ewwel impressjoni lit-tursiti li jiġu Malta bil-cruiseliners.