Investiment ta’ €2 miljun fis-settur tal-avjazzjoni

"Minister for the Economy, Investment and Small Businesses Chris Cardona addresses an event by Medavia

Read in English.

Kumpanija tal-avjazzjoni investiet €2 miljun biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta. L-investiment sar minn Medavia Technic, li hija l-fergħa teknika tal-kumpanija ewlenija Medavia, li ilha mwaqqaf f’Malta sa mill-1978.

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona semma kif dan l-investiment kien possibbli wara t-twaqqif tal-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Safi bil-għan li jiġbor is-settur tal-avjazzjoni fl-istess żona.

Saħaq dwar l-impenn kontinwu tal-Gvern biex jgħin lil din l-industrija, filwaqt li tkellem dwar l-importanza li jkun hawn ħaddiema mħarrġa f’dan is-settur.

Irrefera wkoll għall-koperazzjoni ta’ diversi kumpanija mal-MCAST, u qal li dan jagħti lil Malta l-aqwa ingredjenti biex tkun ċentru tal-avjazzjoni li dejjem qed ikompli jikber.

Ritratt: DOI – Jason Borg