​Investiment fil-grawnd tal-Junior College

Wara diversi laqgħat matul din is-sena bejn il-Kunsill Studenti Junior College (KSJC), il-Prinċipal tal-Junior College u s-Segretarju Parlamentari għall-isport, il-grawnd tal-5-a-side­ se jkollu ħaxix ġdid.
Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija tinħareġ espressjoni ta’ interess biex fil-grawnd tal-5-a-side fil-Junior College jiġi installat ħaxix artifiċjali kif ukoll fencing u dawl ġdid mal-madwar.
Għal din il-konferenza kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima, il-Prinċipal tal-Junior College Paul Xuereb u l-President tal-KSJC Owen Michael Grech.
Grech qal li din kienet waħda mill-proposti tal-Pulse għall-elezzjonijiet tal-istess Kunsill.  
Ritratt: DOI – Walter Sargent