Investigazzjoni ssib li ma nkisrux id-drittijiet ta’ Mario Portelli

Investigazzjoni mill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali dwar id-dħul involontarju tal-eks uffiċjal tal-pulizija Mario Portelli fi sptar mentali sabet li ma nkisrulux id-drittijiet.

Portelli ħa filmat tal-mument meta 3 uffiċjali tal-pulizija marru d-dar tiegħu biex jiħduh fi Frar li għadda. Dan wara li hu kien xerred diversi filmati fuq Facebook li fihom qal li kien se jikkonfronta lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-fatt li martu kienet is-sid tal-kumpanija Egrant, li skontu, kienet verità, minkejja l-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja.

Il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali qed jinvestiga l-każ ta’ Portelli

Kienu bosta dawk li qajmu mistoqsijiet dwar jekk ittiħditx il-proċedura korretta sabiex Portelli jiddaħħal fi sptar mentali. Skont dawn il-proċeduri, il-Pulizija ma tistax iddaħħal lil xi ħadd fl-Isptar Monte Karmeli mingħajr ma jkollha l-kunsens tat-tabib. Jekk il-pazjent ma jkunx irid, il-Pulizija tkun trid tikseb 2 firem: dik tat-tabib u dik ta’ social worker, inkella ta’ qarib tal-pazjent.

Assoċjazzjonijiet jitolbu investigazzjoni għala Portelli ddaħħal fi sptar mentali

“Il-Pulizija abbużaw mis-sistema” fil-każ ta’ Mario Portelli – Godfrey Farrugia

Dwar dan il-każ, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal lil Newsbook.com.mt li meta jkun hemm każijiet ta’ pazjenti li jiddaħħlu b’mod involontarju fl-Isptar Monte Karmeli, il-proċedura dejjem tkun bdiet minn psikjatra. Il-ġenituri ta’ Portelli wkoll qalu li fil-każ ta’ binhom, ġiet segwita l-proċedura korretta.

“Nirringrazzjaw lill-pulizija u lis-servizzi mediċi” – il-ġenituri ta’ Portelli

Hu u jwieġeb mistoqsija parlamentari, il-Ministru Chris Fearne qal li l-investigazzjoni tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali sabet li ma nkisrux id-drittijiet ta’ Mario Portelli, u ppubblika parti mir-rapport li sar:

“Having taken all the evidence in consideration, the Board does not consider that Mr Portelli’s rights as a mental health service user were breached during the period indicated for investigation. The Police acted under Article 44(4) of the Mental Health Act. The admission process was effected through a first medical assessment at Mater Dei Hospital and subsequently completed with a second specialist assessment effected within 24 hours of admission at Mount Carmel Hospital.”