FinCEN files: Investigazzjoni internazzjonali “splussiva” mill-ICIJ

Anti-money laundering

Read in English.

Illejla ġiet żvelata “investigazzjoni finanzjarja internazzjonali splussiva ta’ skala storika” bl-isem FinCEN Files li tmexxiet minn BuzzFeed News u ICIJ.

Din il-ħidma involviet aktar minn 400 ġurnalist minn 88 pajjiż differenti, inkluż ġurnalisti Maltin mit-Times of Malta. L-investigazzjoni tesponi triljuni f’sigrieti bankarji.

Il-Konsorzju Internazzjonali ta’ Ġurnalisti Investigattivi (ICIJ) ħabbar li se joħroġ din l-informazzjoni li turi kif politiċi korrotti serqu l-miljuni minn ħalq iċ-ċittadini.

L-investigazzjoni tirrigwarda dokumenti sigrieti tal-Gvern Amerikan li juru li banek internazzjonali kienu involuti fil-moviment ta’ triljuni għal persuni suspettużi u għal networks kriminali.

Il-ħames banek involuti huma JPMorgan, l-HSBC, Standard Chartered Bank, Deutsche Bank u Bank of New York Mellon.

Kien l-ICIJ li kien żvela l-iskandli tal-Panama Papers u l-Paradise Papers, li fihom kien hemm involuti għadd ta’ Maltin fosthom l-eks Ministru Konrad Mizzi u l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

L-aħbar f’Malta kienet ġiet żvelata minn Daphne Caruana Galizia li nqatlet b’karozza bomba f’Ottubru tal-2017.