Investigazzjoni dwar dewmien fil-Gmail

Il-kumpanija Google qed tinvestiga problemi li ħafna qed jiltaqgħu magħhom meta jużaw is-servizz tal-Gmail.

Dan wara li rċeviet diversi rapporti dwar imejls li qed idumu ma jidħlu kif ukoll problemi biex jitniżżlu dokumenti li jkunu mehmuża mal-imejls.

L-investigazzjonijiet bdew ilbieraħ filgħodu u skont rapporti fil-midja internazzjonali għadhom għaddejjin.