Investigaturi tal-WHO mċaħħda milli jidħlu fiċ-Ċina

Read in English.

Il-Kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa esprima d-diżappunt tiegħu li ċ-Ċina għadha ma awtorizzatx id-dħul ta’ tim ta’ esperti internazzjonali biex jeżaminaw l-oriġini tal-coronavirus.

Id-Direttur Ġenerali tad-WHO Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li uffiċjali Ċiniżi għadhom ma ffinalizzawx il-permessi meħtieġa għall-wasla tat-tim ta’ esperti u investigaturi fiċ-Ċina.

Il-virus instab l-ewwel darba f’Wuhan tard fl-2019, bit-tifqigħa inizjali marbuta ma’ suq miftuħ.

Għaxar esperti internazzjonali huma mistennija jibqgħu fiċ-Ċina għal xhur bl-għan ewlieni tal-missjoni jkun l-investigazzjoni tal-oriġini mill-annimali tal-pandemija Covid-19 u kif il-virus spiċċa għall-ewwel darba fuq il-bnedmin.

Il-ftehim dwar din l-investigazzjoni kien intlaħaq f’Diċembru wara bosta xhur ta’ negozjati.