Investigatur tal-UN tgħid li konsulent tal-prinċep għandu jitressaq il-Qorti għall-qtil ta’ Khashoggi

FILE PHOTO: A demonstrator holds a poster with a picture of Saudi journalist Jamal Khashoggi outside the Saudi Arabia consulate in Istanbul, Turkey October 25, 2018. REUTERS/Osman Orsal

Attivisti li jappoġġjaw lil Jamal Khashoggi, il-ġurnalist mill-Arabja Sawdija li nqatel sena ilu qed isejħu għall-ġustizzja. Investigatur tal-Ġnus Magħquda (UN) qalet li Saud al-Qahtani, konsulent ewlieni għall-prinċep tar-renju għandu jitressaq il-qorti.

F’Riyadh hemm 11-il uffiċjal tal-Arabja Sawdija li jinsabu akkużati bil-qtil ta’ Khashoggi. Il-ġurnalist kien qrib il-familja rjali però imbagħad spiċċa kien kritiku tal-Prinċep Mohammed bin Salman. Inqatel fil-konsulat tal-Arabja Sawdija f’Istanbul fit-2 ta’ Ottubru 2018.

Is-smigħ qed isir wara bibien magħluqa, però sitt sorsi anonimi tar-Reuters qalu li aktar minn uffiċjali wieħed semma isem Qahtani.

Ir-rapporteur tal-UN Agnes Callamard qalet li ma setgħetx tikkonferma dak li qalu s-sorsi, imma qalet li jekk hemm nies lesti li jsemmuh, hija tilqa’ dan.