Investigati żewġ messaġġiera tal-Qorti

Żewġ messaġġiera li jaħdmu l-Qorti qed jiġu investigati wara li rriżulta li għal xi raġuni mhux magħrufa ħbew proċess ta’ kawża kriminali pendenti.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ġustizzja ntqal li l-movimenti taż-żewġ messaġġiera ġew maqbuda mis-sistema ta’ sigurtà li hemm il-Qorti.
Il-Ministeru qal li ż-żewġ messaġġiera ġew sospiżi u immedjatament ġew mgħarrfa kemm il-Pulizija kif ukoll il-Maġistrat tal-Għassa.
L-investigazzjoni qed issir mill-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech.
L-istqarrija ma tgħidx liema huma d-dokumenti li ġew moħbija u ma’ liema każ huma marbuta.