Investigati ritratti ta’ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja

Facebook

Malta Public Transport qiegħda tinvestiga ritratti li xxerrdu fuq il-mezzi soċjali li juru persuni rekbin fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun.

Ir-ritratti xxerrdu fuq il-paġna Theory Test Malta fuq Facebook.

😱😱 TWO PERSONS On Top of The Bus!!!😡😡 Expect the unexpected in this country, in it's pure sense!!

Posted by Theory Test Malta on Tuesday, September 15, 2020

Il-kumpanija Tallinja kkummentat fuq ir-ritratti u qalet li Malta Public Transport fetħet investigazzjoni fuq dan il-każ. Insistiet li l-prijorità ewlenija tagħha hija s-sigurtà, u ma tittollerax imġiba bħal din. Il-każ ġie rrappurtat ukoll lill-awtoritajiet biex jinvestigaw.

Min għandu informazzjoni ntalab jibgħat messaġġ fuq il-paġna Tallinja fuq Facebook.