Investigat theddid fuq bastiment li ġieli ġab immigranti f’Malta – Sea-Eye

Sea-Eye

Read in English.

L-għaqda Sea-Eye li ssalva n-nies mill-baħar qalet li l-awtoritajiet Ġermaniżi qed jinvestigaw theddid li sar kontra fuq il-vapur tagħha Alan Kurdi. L-Alan Kurdi ġieli salva immigranti mill-Mediterran li mbagħad iddaħlu Malta.

Fuq Twitter, Sea-Eye qalet li l-Pulizija Federali tal-Ġermanja li fetħet investigazzjoni preliminari dwar ġellieda Libjani li sparaw tiri ta’ twissija fil-preżenza tal-Alan Kurdi li kien għaddej b’ħidma ta’ salvataġġ.

Sea-Eye qalet li dawn il-ġiellieda arrestaw nies li kienu fil-periklu u li fixxklu l-ħidma tas-salvataġġ.

Il-forzi armati ta’ Malta bdew ħidma ta’ koperazzjoni mal-gwardja tal-kosta Libjana sabiex l-immigranti li jkunu deħlin fiż-żona tat-tiftix u s-salvataġġ Maltija jinbagħtu lura l-Libja. Dan qalitu l-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters.

Malta bi ftehim mal-Libja dwar l-immigranti – Rapporti