Investigat raġel dwar l-għajbien ta’ Karen Chetcuti f’Victoria

Karen Chetcuti qed tiġi mfittxija mill-Pulizija wara li nhar it-Tlieta li għadda ġiet irrapurtata nieqsa. 
Chetcuti minn Victoria, fl-Awstralja, li għandha 49 sena u hija omm ta’ żewġt itfal, inlemħet l-aħħar nhar it-Tlieta għal xi 7:30pm fil-lukanda Whorouly.
B’rabta mal-każ il-pulizija Awstraljana arrestat raġel ta’ 48 sena.
Il-pulizija għadha ma kkonfermatx jekk ir-raġel arrestat hux il-ġar tagħha li kien qal lill-midja li kien raha l-aħħar darba nhar it-Tlieta għal xi 9:15pm.
F’kummenti li ta l-ġar qal li meta raha, dehret kuntenta u li hu ma kellux x’jaqsam mal-għejbien tagħha.
Il-Ħamis li għadda nstabet il-karozza tagħha maħruqa madwar 20km ’il bogħod f’Myrtleford.
Is-Servizz tal-Emerġenza tal-Istat u l-pulizija kienu qed ikomplu t-tfitxija tagħhom fWhorouly u Myretleford.
Il-bugħaddasa tal-pulizija bdew it-tfitxijiet tagħhom f’Oven River u fil-bjar li jinsabu fil-propjetajiet ta’ madwar id-dar ta’ Chetcuti.