Investigat każ ta’ Fitbit li ħadet in-nar

Il-kumpanija Fitbit qalet li qed tinvestiga rapport ta’ mara li allega li l-fitbit tagħha ħadet in-nar.
Dina Mitchell minn Wisconsin sofriet ħruq f’idha wara li t-tracker tagħha ħa n-nar waqt li kienet qed taqra ktieb.
Fitbit qalet li tinsab konċernata b’dan il-każ u li qed tinvestiga biex tara x’setgħet kienet il-kawża ta’ dan l-inċident.
Mitchell allegat li t-tobba kellhom ineħħu biċċiet tal-plastik li dabu f’idha u li daħlu fil-ferita.
Fitbit żiedet tgħid li ma kienx hemm rapporti oħra ta’ dan it-tip, u li għalhekk in-nies m’għandhomx għalfejn jallarmaw ruħhom.
Il-batteriji ta’ ħafna apparat elettorniku kultant jista’ jisħon iżżejjed jekk jintuża għal tul ta’ ħin. Riżultat ta’ dan hemm tendenza li l-apparat jieħu n-nar.