Investigata l-mewt ta’ mudella tal-‘bunga bunga’ fl-Italja

FILE PHOTO: Former Italian prime minister Silvio Berlusconi speaks after talks with President Sergio Mattarella at the Quirinale palace in Rome, Italy, April 12, 2018. REUTERS/Max Rossi/File Photo

Skont maġistrati, il-mewt fl-Italja ta’ mudella mill-Marokk li kienet tkun mistiedna ta’ sikwit fil-festini tas-sess tal-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi qed jiġi kkunsidrat bħala possibilment omiċidju.

Skont il-BBC, Imane Fadil ta’ 33 sena mietet fi sptar f’Milan fl-1 ta’ Marzu. Dan kien xahar wara li daħlet l-isptar b’ugigħ fl-istonku. Hi kienet qalet lill-ħbieb u l-avukati tagħha li kienet ġiet ivvelenata.

Fadil kienet xehdet fil-kawża tal-2012 kontra Berlusconi li kien ġie akkużat li ħallas għas-sess ma’ prostituta taħt l-età. Berlusconi kien instab ħati però imbagħad inħeles wara li appella l-każ.

Il-frażi ‘bunga bunga’ hija marbuta mal-ħajja privata ta’ Berlusconi. Iż-żeffiena Karima El Mahroug li ssejjaħ lilha nnifisha Ruby kienet użat dik il-frażi għall-ewwel darba fl-2010.