Introdotta l-Black Friday f’The Point

The Point Shopping Mall se torganizza “Black Friday”, ġurnata sħiħa ta’ skontijiet u promozzjonijiet fl-aħħar Ġimgħa ta’ Novembru.  
“Barra minn Malta, Black Friday hija magħrufa bħala l-ewwel ġurnata tax-xiri tal-Millied, u qed nittamaw lil din il-ġurnata tidħol fil-kalendarju lokali wkoll. Grazzi għal din l-inizjattiva, il-klijenti ta’ The Point se jibbenefikaw minn prezzijiet speċjali fuq il-kollezzjonijiet il-ġodda. It-tim tagħna huwa impenjat biex jipprovdi l-aqwa esperjenza lill-klijenti u ninsabu onorati li se nkunu propju aħna li nwasslu l-ewwel Black Friday f’pajjiżna,” qalet Ilona Debattista, Marketing Manager ta’ The Point Shopping Mall.
Matul il-jum tas-27 ta’ Novembru, il-ħwienet ta’ The Point se jkunu miftuħa sal-10pm. Apparti minn skontijiet speċjali, se jkun hemm ukoll kantanti live u attivitajiet oħra mmirati lejn it-tfal, biex hekk Black Friday isservi bħala ħarġa għall-familja kollha.