Introdott Skype fil-wards ta’ San Vinċenz għall-anzjani u l-qraba tagħhom

Archives

Read in English.

Ir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul introduċiet is-servizz ta’ Skype fil-wards tagħha sabiex l-anzjani residenti tagħha jkunu jistgħu jżommu kuntatt mal-qraba tagħhom.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għall-familja. Ġie spjegat li nħass il-bżonn li jitnieda servizz ta’ komunikazzjoni permezz ta’ video calls, midja soċjali, telefonati jew mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni bejn ir-residenti u l-qraba tagħhom. Dan wara li l-Gvern ħareġ direttiva li biha, l-qraba mhux qed jitħallew iżuru lill-anzjani tagħhom fi djar tal-anzjani jew f’residenzi tal-persuni b’diżabilità.

Il-Ministeru ħabbar ukoll li se jkunu qed isiru diversi sessjonijiet tal-Università tat-Terza Età fuq ir-radju. Dawn se jiġu trażmessi fuq l-istazzjoni tar-radju tal-Università, Campus FM, frekwenza 103.7. Il-lezzjonijiet li se jkunu qed jixxandru huma dawn:

  • L-Erbgħa 18 ta’ Marzu mis-6pm sas-7:30pm – Il-Mużika u s-Sħubija tagħha (Mr Peter Paul Ciantar) u L-Inkwiżitur u l-Inkwiżizzjoni (Mr Vincent Zammit)
  • L-Erbgħa 25 ta’ Marzu mis-6pm sas-7:30pm – Il-Mużika u s-Sħubija tagħha (Mr Peter Paul Ciantar) u L-Inkwiżitur u l-Inkwiżizzjoni (Mr Vincent Zammit)

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn