Intoppi fit-trasferiment ta’ Schick ma’ Inter

Wara li Inter kienu ferm viċin li jakkwistaw lill-istilla żagħżugħa Ċeka, Patrik Schick mingħand Sampdoria jidher li hemm intopp fin-nofs.
Id-diriġenza Interista tinsab imblukkata minħabba xi regoli tal-Fair Play finanzjarju u kien għalhekk li Sampdoria pproponew li jidħol ir-ritorn ta’ Eder biex jiġi konkluż il-ftehim.
Madankollu din l-idea mhux qed togħġob lil Luciano Spalletti, il-kowċ tan-Neroazzurri minħabba li għandu bżonnu fl-attakk tat-team tiegħu.
Jidher li ż-żewġ partijiet qed jagħmlu minn kollox biex jikkonkludu dan it-trasferiment.
Sadanittant Roma qed isegwu l-iżviluppi ta’ dan il-każ hekk kif huma wkoll jidhru interessati f’Schick.