“Intom li ma vvutajtux tajtuna għal xiex naħdmu” – PD

Partit Demokratiku
Il-Partit Demokratiku rringrazzja lill-votanti tiegħu u qalilhom li l-vot tagħhom jinkoraġġixxi lill-PD biex ikompli jaħdem għal Malta aħjar, u indirizza wkoll lil dawk li ma ħarġux jivvutaw. Qal li dawn jagħtu lill-PD għal xiex jaħdmu.
Dan wara li llum tħabbar li l-Partit Laburista ġab “maġġoranza storika”, li sa ftit ħin ilu l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li kienet ta’ 48,000 vot.
Fi stqarrija, il-PD qal li twaqqaf 3 snin ilu biex joffri alternattiva lil hinn miż-żewġ partiti ewlenin. Qal li l-membri tal-PD se jkomplu jaħdmu biex ikunu l-qalb tal-politika nadifa u onesta.
Minkejja din it-telfa, il-Kap tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia xorta waħda ċċajta u fuq Facebook għamel referenza lill-patrun San Filep tar-raħal tiegħu Ħaż-Żebbuġ.

Qieghed il-post tal-votazzjoni… Ma stajtx ma ninnutax dan il-karru. Jidher li dhalnilhom sew : VSF 😂😂

Posted by Godfrey Farrugia on Sunday, May 26, 2019