​Intom eżempju tal-apprezzament lid-dinjità tal-bniedem – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna żar lill-voluntiera tal-moviment Hospice Malta, f'Ħal Balzan, fejn anke bierek vann ġdid għall-użu mill-pazjenti.
L-Arċisqof wera apprezzament qawwi għall-ħidma tal-voluntiera, li wħud minnhom ilhom jikkontribwixxu għal diversi snin waqt li oħrajn, minn klijenti saru voluntiera.
Iddeskriva x-xhieda tagħhom bħala waħda li tagħti apprezzament lid-dinjità tal-bniedem f’kull ċirkostanza tiegħu.
L-eżempju tagħhom, spjega l-Arċisqof, hu sejħa għas-soċjetà biex tapprezza d-dinjità tal-bniedem fid-dgħufiija tiegħu, fid-diffikultà u l-mard, u ta’ dan irringrazzjahom.
Dwar klijenti li saru voluntiera tal-moviment Hospice, l-Arċisqof qal li din hi storja sabiħa ta’ trasformazzjoni li malli rrealizzaw il-ġid li jagħmel il-moviment, saru parti minnu.
Awgura li din l-esperjenza tikber u bierek lil dawk kollha li jagħtu sehemhom. 
Ritratt: Photocity, Valletta