Intom apprezzati! – it-tfal lill-għalliema tagħhom #TeacherAppreciation

Titħabbar ir-rebbieħa tal-kampanja #TeacherAppreciation

Mireille Azzopardi

Read in English.

5,700 likes, 1,400 kumment and 108 shares. Dawn huma ċ-ċifri li rebbħu r-rebbieħa tal-kampanja #TeacherAppreciation fuq Newsbook.com.mt matul ix-xahar ta’ Ottubru. F’temp ta’ ftit ġimgħat, Newsbook irċieva 66 nominazzjoni, il-biċċa l-kbira minn studenti li esprimew il-gratitudni tagħhom lejn għalliema partikolari.

Krista Rizzo hija r-rebbieħa hekk kif il-post bil-messaġġ tal-istudenta tagħha Mireille Azzopardi attira eluf ta’ qlub. Mireille kellha tumur f’moħħha.

“Qattajt tliet xhur l-Ingilterra u Ms Krista dejjem bagħtitli x’nagħmel. L-istess xogħol u spjegazzjonijiet li sħabi tal-klassi rċevew fil-klassi. Dejjem ikkoreġietli xogħli u għamlet aktar minn xogħolha biex inlaħħaq magħhom. Hi l-aqwa għalliema li qatt kelli. Grazzi Ms Krista għall-appoġġ tiegħek kollu”, kitbet Mireille.

Apprezzament simili dewa f’messaġġi oħra li ġew sottomessi f’din il-kampanja.

“Ġenituri bil-familji li xorta jsibu ħin għal tfal oħra f’qalbhom”

“Iġġib lunch għal xi student li ma jkollux”

“Iqatta’ l-weekend jipprepara x-xogħol”

Filwaqt li l-maġġoranza tan-nominati kienu nisa, l-etajiet kienu jvarjaw.

Id-Deputat Kap Eżekuttiv ta’ Beacon Media Group, Petra Borg Urso rrimarkat li “jekk qatt kien hemm żmien li fih wieħed għandu juri apprezzament lill-għalliema, żgur li hu din is-sena. Minn Marzu 2020, kemm ilha li waslet Malta l-pandemija tal-Covid-19, l-għalliema kellhom jiskopru mod ta’ tagħlim virtwali u issa anke jadattaw għar-realtà ġdid fil-klassijiet.

Ir-rebbieħa se tirċievi voucher ta’ €300 mingħand Eduline