Intilef minn sensieh fuq titjira lejn Malta

Passiġġier abbord ajruplan tal-Easyjet kien mitluf minn sensieh u ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.

It-titjira tal-Easyjet minn Manchester waslet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart.

Kelliema mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sostnew ma’ Newsbook li l-passiġġier kien diġa fi triqtu lejn l-isptar bl-ambulanza għall-ħabta ta’ 12:10p.m.