Filmat: Inti wkoll tista’ tgħin lit-tfal li jaslu f’Lesbos!

Il-grupp ta’ Facebook ‘Help the Children at Ħal Far’ qed jappella lill-pubbliku jagħti donazzjoni sabiex jinxtraw ħwejjeġ għat-tfal li jaslu f’Lesbos fil-Greċja, imxarrbin u jħossu l-bard.
Sadanittant, il-Fondazzjoni Olandiża ‘Stichting Bootvluchteling’, li taħdem id f’id ma’ ‘Help the Children’, kuljum qed tipprovdi ħwejjeġ lil 200 tifel u tifla.
Dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni jistgħu jagħmlu dan fil-fergħa tal-BOV tal-Ballutta fuq il-numru tal-kont bankarju 40022172413. Il-BIC tal-bank hu VALLMTMT. Għal dawk li se jagħtu donazzjoni permezz ta’ online banking, jistgħu jużaw ukoll l-IBAN number, li hu MT46VALL2201 3000 0000 4002 2172 413.