LIVE: Inti wieħed li ma tantx torqod bil-lejl?

Waqt il-programm Insellimlek ma' Sonia Young fuq RTK 103FM, nitkellmu ma' Chris Deguara Sleep Lab Technician f’mater Dei dwar l-importanza tal-irqad u l-eżaminazzjonijet li jsiru biex nipprevjenu li n-nuqqas ta’ rqad jikkawza mard ieħor. Segwi LIVE hawn:

Jekk torqod inqas minn sitt sigħat bil-lejl kuljum jista’ jkun li qed tagħmel ħsara lil ġismek u lil moħħok daqs li kieku qed tixrob l-alkoħol b’mod eċċessiv.
Riżultati ta’ studju li sar riċentament juru li jekk ma torqodx biżżejjed hemm riskju akbar ta’ obeżità, dipressjoni u ħsara severa tal-moħħ.
Skont dan l-istudju jekk wieħed isuq meta jkun bingħas u nieqes ħafna mill-irqad, ikun fil-periklu daqs li kieku jkun qed isuq taħt l-effett tal-alkoħol.
Ir-riċerkaturi ta’ kumpanija tas-saħħa diġitali fil-Quebec qalu li sabu nies li jorqdu inqas minn sitt sigħat kuljum li huma vulnerabbli għall-problemi tas-saħħa mingħajr ma jkunu jafu.
Għalkemm jekk għal xi lejl 'l hemm u 'l hawn ma torqodx sitt sigħat ma jkun ġara xejn, ir-riċerkaturi qalu li jekk din issir ta’ spiss tista’ tkun ta’ periklu.