“Inti r-raġuni tal-kuntentizza tiegħi” – Victorio

Ritratt: Facebook/VictorioGauci

Il-kantant tal-grupp The Crowns, Victorio Gauci llum qed jiċċelebra s-seba’ anniversarju miż-żwieġ tiegħu ma’ Rossana nèe Briffa. Il-koppja għandhom żewġt ulied.

Ritratt: Facebook/VictorioGauci

Victorio awgura l-isbaħ xewqat f’okkażjoni ta’ dan l-anniversarju lil Rossana li hu ddeskriva bħala ħabiba tal-għaġeb, il-mara u omm uliedu.

Ritratt: Facebook/VictorioGauci

“Inti r-raġuni tas-suċċess tiegħi, ir-raġuni tal-kuntentizza tiegħi u għat-tbissim kollu tiegħi. Naf li dejjem se nsibek maġenbi, kemm fl-għawġ u kemm fil-ferħ. Int dak kollu li jien qatt stajt nistaqsi għalih,” kien il-messaġġ tiegħu.

Victorio u Rossana flimkien maż-żewġt uliedhom. Ritratt: Facebook/VictorioGauci

Awguri Victorio u Rossana għal ħafna aktar snin ta’ mħabba.