“Inti mara li tagħti ispirazzjoni b’għemilek”

Awguri speċjali lil Roberta Magri li llum tagħlaq 30 sena. Twieldet bħal-lum id-9 ta’ Awwissu tal-1990. Ħafna żgur li qed jagħrfu lil Roberta li għamlitha ta’ attriċi fis-sensiliet F’Salib it-Toroq, Tereża, u f’Santa Monika.

Kienet ukoll tikkontribwixxi bosta artikli f’rivista lokali u f’dan il-perjodu qed taħdem fuq proġett li se tkun qed tniedi dalwaqt.

Fost id-diversi messaġġi li waslulha llum hemm dak tal-koppja Ivan u Simone De Battista. Kien proprju ma’ Ivan li Roberta dehret l-ewwel darba fuq it-televiżjoni meta ħadmet xena miegħu fis-sensiela F’Salib it-Toroq.

Fis-snin ta’ wara Ivan idderieġa lil Roberta fis-sensiela Tereża fejn hi dehret f’seba’ episodji sakemm imbagħad għaddiet għall-iktar parti impenjattiva s’issa, dik ta’ Naomi fis-sensiela Santa Monika.

Żvelat is-sigriet ta' Evelyn (Frida Cauchi) f'Santa Monika. Bi pjaċir nilqgħu fil-kast lil Roberta Magri (Naomi) u Carly Zarb (Raisa).Santa Monika fuq Net fit-8.30pm, ripetizzjoni l-għada fit-15.15. Il-puntati kollha nhar ta' Ħadd minn 12.10pm il-quddiem

Posted by Frederick Zammit on Friday, November 10, 2017

Il-koppja De Battista kitbu li Roberta hi mara li tagħti ispirazzjoni b’għemilha u bl-imħabba tiegħha.

“Mill-ewwel darba li ltqajna, fi żmien Salib it-Toroq, nibtet il-ħbiberija ta’ bejnietna. Huwa ta’ unur li jkollna lilek fil-lista ta’ ħbieb għax inti taf xi tfisser ħbiberija sinċiera, u imħabba dejjiema,” kitbilha Ivan filwaqt li żied li sfortunatament, minħabba s-sitwazzjoni preżenti ma jistgħux jarawha imma wegħduha li l-ewwel okkażjoni jagħmel mezz li jżuruha.

Jidher li Chloe, il-kelba ta’ Ivan u Simone, għamlet ħbieb ma’ Kikka, il-kelba ta’ Roberta u għaldaqstant meta Ivan u Simone se jżuru lil Roberta, se jkunu qed jieħduha magħhom.

“Aħna, b’mod speċjali f’dan il-jum, nixtiequlek is-saħħa, il-kuntentizza u li l-ħolm tiegħek isir realtà! Inħobbuk, Rob,” temmew jiktbu Ivan u Simone.

Nawguraw lil Roberta l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali hekk kif illum tibda il-kapitlu tat-tletinijiet tagħha.