“Inti l-isbaħ rigal flimkien maż-żewġ uliedna” – Chan lil Alexia

Alexia & Chan Vella

Awguri lill-kompożitur Chan Vella u l-mara tiegħu, il-kantanta u awtriċi Alexia nèe Schembri. Illum, is-26 ta’ Lulju, il-koppja Vella qed tiċċelebra 12-il sena miżżewġa. Huma żżewġu fl-2012 wara li qattgħu tmien snin joħorġu flimkien. Il-koppja Vella għandhom żewġt ulied, Avner u Azalea.

Kienet il-muzika li laqqgħathom flimkien, hu bħala kompożitur u preżentatur u hi bħala awtriċi u kantanta. Madanakollu kien il-kantant Glen Vella li kien laqqa’ flimkien lil din il-koppja.

“Grazzi talli ġejt f’ħajti u grazzi lill-Mulej li laqqagħni miegħek. Jalla dan il-jum inqattgħuh sabiħ flimkien u nittama li bħall-ġurnata tal-lum ikollna ħafn’aktar flimkien. Inti l-isbaħ rigal flimkien maż-żewġ uliedna,” kiteb Chan lil martu Alexia f’okkażjoni tal-anniversarju tagħhom.

Alexia u Chan Vella

Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali, kif ukoll għal aktar snin ta’ mħabba u mużika.