Kont wieħed minn dawk li nqabdu San Ġiljan jew Tas-Sliema dalgħodu?

Inti kont wieħed minn dawk li nqbadt San Ġiljan jew Tas-Sliema dalgħodu?
Diversi qarrejja lmentaw ma' Newsbook.com.mt li dalgħodu għal ħabta tal-11am għamlu madwar nofs siegħa fl-istess post, fi traffiku wieqaf. Jirriżulta li din il-konġestjoni nħolqot wara li kien hemm ħabta bejn karozza u xarabank misjuqa mid-direzzjoni opposta fil-Balluta.
It-traffiku baqa' jinġema' sa Spinola u saħansitra sa ħdejn il-Fortizza Tas-Sliema. Għalkemm xi karozzi rnexxielhom idawru biex imorru lura, l-aktar li marru minn taħt kienu dawk li kienu rekbin xi xarabank hekk kif ix-xatt minn Tas-Sliema sa San Ġiljan hu wieħed frekwentat bir-rotot għall-Belt Valletta u għaċ-Ċirkewwa.
Fortunatament ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.