​Intervista: Ta’ 8 u 9 snin weħidhom f’Malta

Tifel ta’ 8 snin u tifla ta’ 9 snin, li ma jiġux minn xulxin, huma l-iżgħar fost sitt itfal li waslu Malta waħidhom fis-snin li għaddew.
Ma’ Newsbook.com.mt, il-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli titkellem dwar it-tfal li jaslu bil-baħar u li ma jkollhom lil ħadd min jieħu ħsiebhom.
Dawn it-tfal tinħarġilhom care order u jitqiegħdu ma’ familja permezz tal-fostering jew f’istitut.
Sadattant ħadd ma jaf x’sar mill-erbatax il-tifel u tifla oħra li waslu Malta matul is-snin u għalqu t-18-il sena.
Il-Kummissarju għat-Tfal tispjega li possibilment dawn it-tfal ikunu ħarbu mill-pajjiż.
Hemm każi wkoll ta’ tfal li jaslu Malta weħidhom fuq l-ajruplan u ma jkollhomx min jieħu ħsiebhom.
Pauline Miceli tispjega li l-kwistjoni tat-tfal neqsin mhix problema kbira f’Malta daqs f’pajjiżi oħra Ewropej.