“Diffiċli li l-Papa jżurna f’Mejju; nistennew deċiżjoni”

L-Arċisqof Charles Scicluna ġie intervistat illum waranofsinhar waqt intervista oħra mis-sensiela Newsbook Q&A. L-intervista minn Fr Joe Borg qed titratta s-sitwazzjoni li għaddej minnha l-pajjiż b’rabta mal-COVID-19.

17:02 Grazzi talli segwejtu din l-intervista. Il-lejla t-tajba.
Charmaine Attard
17:02 L-intervista tispiċċa hawn. Tistgħu ssegwu r-rużarju u l-quddiesa mill-Arċisqof fil-5.30pm fuq Newsbook.com.mt
Charmaine Attard
17:01 Żjara tal-Papa f'Malta: "F'din is-sitwazzjoni se jkun diffiċli li ż-żjara tal-Papa ssir fil-31 ta' Mejju kif kien imħabbar. Aħna qed nistennew deċiżjoni bejn is-Santa Sede u l-Istat"
Charmaine Attard
16:58 Qrar: "Id-dnubiet venjali jitħassru bit-talb, bil-qrar u bit-tqarbin. Fil-quddies li nitrażmettu qed ninkoraġġixxu lin-nies jagħmlu tqarbina tax-xewqa. Min hu konxju mid-dnub il-mejjet, importanti li jagħmel l-att tal-indiema u proponiment li l-ewwel okkażjoni li jkollu, jqerr"
Charmaine Attard
16:58 "L-Arċidjoċesi għandha ċ-charity fund biex iqassamhom lil min hu fil-bżonn jintużaw biss għal opri ta' karità. Kulħadd għandu juri solidarjetà konkreta"
Charmaine Attard
16:56 "Min bi qżies ma jsegwix l-ordnijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa qed jidneb gravament"
Charmaine Attard
16:55 "Inutli nitbaqbqu fuq l-ugwaljanza fil-Parlament, u fil-prattika ma nattwawhiex"
Charmaine Attard
16:55 "Se ngħaddu minn żmien diffiċli… kulħadd għandu jerfa' l-piż. Mhux ir-rwol tal-Isqof li jgħid lill-awtoritajiet x'għandhom jagħmel, imma rwol tiegħi li nfakkar li s-solidarjetà hi l-ikbar investiment li nistgħu nagħmlu f'dawn il-mumenti"
Charmaine Attard
16:54 L-Arċisqof iwieġeb il-mistoqsijiet tas-semmiegħa
Charmaine Attard
16:53 "L-immigranti li jaħarbu minn pajjiżhom biex ifittxu ħajja aħjar, it-tfal li jbatu l-ġuħ… dawn ukoll huma l-virus li għandna nikkuraw"
Charmaine Attard
16:51 "Hemm bżonn li aħna nifhmu li aħna familja waħda. Hemm bżonn nifhmu wkoll li dak li qed ngħaddu minnu, għaddew minnu u għaddejjin minnu popolazzjonijiet sħaħ, waqt li aħna qegħdin kuntenti u komdi fi djarna"
Charmaine Attard
16:49 L-Arċisqof fisser li f'sitwazzjonijiet diffiċli, meta jifqgħulna l-bużżieqa, it-tentazzjoni tkun li qalbna ssir tal-ġebel. Iżda insista li "dan għandu jkun il-mument fejn ninżgħu kull tip ta' nuċċali u kulur, u niftakru fil-qawsalla, u nitolbu biex qalbna ma tkunx qalb tal-ġebel imma qalb tal-laħam".
Charmaine Attard
16:47 "Jistaqsu għaliex tifel, persuna innoċenti, jista' jimrad b'dan il-virus? Alla jista' jkun is-saħħa tagħna f'dan iż-żmien diffiċli"
Charmaine Attard
16:46 Mistoqsi dwar Auschwitz, il-post fejn uħud jemmnu li Alla abbanduna lill-poplu tiegħu, l-Arċisqof spjega li dakinhar Alla ma kienx abbanduna lil Lhud, imma kien qed isofri magħhom.
Charmaine Attard
16:43 "Nemmen li Alla se jfejjaqna bl-intelliġenza li tana"
Charmaine Attard
16:40 "Min jieħu l-virus b'mod leġġer, qed ikun kawża ta' problemi ikbar"
Charmaine Attard
16:39 "Il-virus jolqot lil kulħadd – aħna familja li qed niskopru kemm aħna vulnerabbli"
Charmaine Attard
16:38 Mons. Scicluna jgħid li 'l quddiem irridu nanalizzaw għaliex dan il-virus infirex. Fl-istess waqt, irringrazzja lill-istaff mediku li qed jassistu lil dawk infettati bil-virus.
Charmaine Attard
16:35 Tibda l-intervista mal-Arċisqof Charles Scicluna. Jintervistah Fr Joe Borg. Is-suġġett huwa l-imxija tal-coronavirus u s-sitwazzjoni tal-pajjiż.
Charmaine Attard

Din l-intervista se tixxandar ukoll waqt Newsbook Hour ta’ għada l-Ħamis, bejn is-1pm u s-2pm, fuq 103.

Nhar il-Ħamis li għadda, il-Kurja ħabbret it-twaqqif ta’ funzjonijiet reliġjużi b’effett immedjat. Minflok qed tipprovdi servizz ta’ quddies online.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn