Follow Up: Intervista ma’ mara li xxabbtet mal-ogħla muntanja fid-Dinja Għarbija

Giselle Mangion ixxabbtet mal-ogħla muntanja fid-Dinja Għarbija, iżda fuq kollox ixxabbtet mal-muntanja tal-ħajja kontra ħafna tfixkil.
Fr Joe Borg jitkellem ma' Giselle Mangion dwar dan kollu u dwar x'tahseb dwar l-età għas-sess bil-kunsens, il-bullying fl-iskejjel u d-dixxiplina fl-iskejjel.
Qabel, nitkellmu ma' Martina Fenech li titkellem dwar il-fatt li wara li tilfet lil ommha u lil għarus tagħha Jerome, xorta baqgħet tmur l-isptar biex tgħin lil pazjenti bil-kanċer.  
Ma' Claire Bonello minn Flimkien għal Ambjent Aħjar nitkellmu dwar it-trab li sabu ma' wiċċhom ir-residenti f'Tas-Sliema.