Intervista ma’ George Micallef ftit qabel ma’ ħalliena

Ritratt: The Fotografer

L-edizzjoni tal-lum tal-programm Sibtek, li tixxandar fuq TVM mis-12.45pm ‘il quddiem, se tinkludi intervista li Josmar kien għamel mal-attur George Micallef ftit żmien biss qabel ma’ ħalliena fi Frar li għadda. Ironikament George kien tkellem dwar kif jaħsibha dwar il-mewt.

Sibtek se jissokta b’dawra mid-dar tal-Inspire fejn qed tistenna biex tilqa’ mill-ġdid lill-persuni li jagħmlu użu mis-servizzi tagħhom.

It-tim tal-produzzjoni se jeħodna wkoll dawra fid-djar ta’ bosta personalitajiet fir-rokna VIP Houses li dejjem tqanqal kurżità.

Se niltaqgħu wkoll maċ-ċkjejkna Ella li preparat sorpriża għal kulħadd.

Matul din l-edizzjoni ta’ Sibtek, Marisa D’Amato titkellem fuq il-passjoni tagħha u se jitwasslu ħafna stejjer ta’ nies li għaddew minn żmien mhux faċli u issa irnexxielhom jaraw xaqq ta’ dawl.

Illum waqt Sibtek se nsegwu ħafna spettaklu mill-kantanti Claudia Faniello, Renato, Sebastian, Gaia Cauchi, Kevin Paul, Georgina, Stefan Galea u aktar.

Sibtek li jmiss mimli personalitajiet maltin u ser titbissem ZGUR. Viva Malta 🇲🇹🇲🇹🇲🇹#staysafe #watchsibtek #togetherwecan #sibtek #sibtek11#Nieħduħsiebxulxin

Posted by Sibtek on Monday, June 1, 2020

Sibtek huwa ppreżentat minn Ryan Borg u Josmar.