Intervent kirurġiku fuq Louis Grech din il-ġimgħa

Il-Viċi Prim Ministru Louis Grech se jkun indispost għal perjodu qasir. 
Fi stqarrija, il-Gvern qal li dan minħabba intervent kirurġiku li se jsirlu din il-ġimgħa.
Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija oħra, awgura fejqan ta' malajr lill-Viċi Prim Ministru.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia awguralu wkoll fejqan ta' malajr, f'isem il-Membri tal-Kamra tad-Deputati.