Internet aktar b’saħħtu għall-klijenti tal-Melita Business

Il-Melita nediet id-Duo Packs b’internet aktar b’saħħtu u b’aktar valur għal flusek -servizzi tal-internet u t-telefonija maħsuba għas-sidien ta’ negozji żgħar u għall-klijenti self-employed konxji mill-benefiċċji ta’ konnessjoni tajba mal-internet f’xogħolhom. 
Il-Melita Business Duo Pack joffri tliet għażliet broadband mill-aqwa – 60Mbps, 120Mbps u 250Mbps minn kwalunkwe post f’Malta u Għawdex. L-aktar għażla mfittxija mill-klijenti tan-negozju, il-120Mbps, għandha wkoll l-inċentiv ta’ 90 jum prova b’xejn mingħajr ma torbot lil dak li jkun. Il-klijenti li għandhom negozju huma mistiedna jippruvaw dan is-servizz tal-internet tal-Melita bla ħlas flimkien mas-servizz tal-internet attwali tagħhom mingħand xi fornitur ieħor. 
Il-klijenti tad-Duo Pack igawdu wkoll benefiċċji uniċi ta’ telefonija li jinkludu  telefonati b’xejn lin-numri fissi kollha tal-Melita, 500 minuta b’xejn lil-linji fissi l-oħra kollha u rata tajba ta’ 1ċ2 għal kull minuta għat-telefonati kollha li jsiru lokalment fuq il-mobile
Fl-aħħar xhur, il-Melita tefgħet l-attenzjoni u r-riżorsi tagħha fuq it-titjib tas-servizz tal-klijenti tan-negozju eżistenti tagħha biex tassisti aktar il-komunità tan-negozju u tgħinha tikseb aħjar il-miri li tixtieq.