Interess ta’ 1% permezz ta’ kont ġdid mill-Bank APS

Mil-lum it-Tnejn 26 ta’ Frar 2018, il-bank APS introduċa kont ġdid: Triple One Euro Term Deposit Account, prodott ġdid immirat lejn dawk li jixtiequ jakkwistaw rata ta’ interess ogħla minn savings jew current account normali.
Triple One Euro Term Deposit Account jista’ jinfetaħ b’ammont ta’ €1,000 biss, għal terminu fiss ta’ sena li jrendi interessi ta’ 1% p.a., gross. L-interessi jistgħu jitħallsu fix-xhar, kull erba' xhur, kull sitt xhur jew fit-tmiem tat-terminu.
Skont il-bank APS, dan il-kont joffri opportunità lil klijenti sabiex jiddiversifikaw il-portafoll bankarju tagħhom u jakkwistaw aktar lura.  
Tixtieq tkun taf aktar? Agħfas hawn.