Interess qawwi fir-reklamazzjoni tal-art

23 entita’ li ħamsa minnhom huma barranin jinsabu interessati fil-proġetti għar-reklamazzjoni tal-art.

Huma wrew dan l-interess meta tefgħu is-sottomissjonijiet tagħhom hekk kif f’nofsinhar għalaq iż-żmien għall-espressjoni ta’ interess.

Issa dawn l-entitajiet li tefgħu is-sottomissjonijiet għandhom sal-aħħar ta’ Novembru biex iressqu l-offerti tagħhom skont il-proġetti kif mixtieqa u indikati mill-Gvern.

Jirriżulta li r-reklamazzjoni tal-art ma’ tistax issir f’żoni li huma ambjentalment sensittivi jew fejn huwa ipprojbit kull tip ta’ żvilupp.