Interess Ċiniż għal Torres

Wara li l-kowċ ta’ Atletico Madrid Diego Simeone stqarr illi mhux interessat illi l-attakkant tiegħu Fernando Torres jiffirma kuntratt ieħor mal-Colchoneros, dan tal-aħħar beda jfittex id-destinazzjoni futura tiegħu u dawk illi jinsabu interessati fih ma naqsux.
Skont il-gazzetta sportiva Spanjola AS, il-klabb Ċiniż ta’ Dalian Yifang qed isegwi mill-qrib lill-attakkant Spanjol u jinsab determinat illi wara l-akkwist ta’ Ferreria Carrasco, jġibu lejn iċ-Ċina lill-plejer ta’ 33 sena.
Dalian Yifang huwa klabb illi jilgħab fis-Super League Ċiniż u għadu kemm ġie promoss matul dan l-istaġun għall-ogħla diviżjoni tal-pajjiż.