Intercom ġdid mal-għassa tal-Pulizija fil-Mellieħa għall-assistenza

L-għassa tal-Pulizija tal-Mellieħa twaħħlilha intercom biexi l-pubbliku jkun jista’ jużah f’każ li jkun hemm bżonn assistenza tal-Pulizija.  Fuq Facebook il-Pulizija qalet li dan jista’ jintuża f’każijiet urġenti kif ukoll dawk mhux urġenti.

Sadanittant it-tim tal-Community Policing tal-Mellieħa se jibqa’ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta’ rondi li jagħmel kuljum madwar il-lokalità u fuq il-mezzi soċjali u telefoniċi li r-residenti Melliħin diġa’ jikkuntattjah. Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa’ qal li dan qed isir bil-għan li l-Pulizija tkun tista’ tkun ta’ iktar għajnuna fil-lokalità milli jkun hemm għassa miftuħa biss.

The Mellieha Police Station has been fitted with an intercom which the public can use for urgent and non-urgent Police…

Posted by The Malta Police Force on Wednesday, September 9, 2020

“L-għeluq tal-għassa tal-Mellieħa hi deċiżjoni żbaljata u insensittiva” – PN

Sadanittant fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-Kunsilliera Lokali f’isem il-Partit Nazzjonalista tal-Mellieħa kkundannaw id-deċiżjoni meħuda biex tingħalaq l-għassa tal-Pulizija tal-Mellieħa b’mod permanenti.

Il-Kunsillieri Ivan Castillo, Marvin Abela, Gabriel Micallef u Emvin Bartolo qalu li jqisu li din kienet deċiżjioni insensittiva li se taffettwa b’mod negattiv lill-komunita’ Melliħija. Huma sostnew li din id-deċiżjoni se tnaqqas il-kwalita’ tal-ħajja u s-serħan tal-moħħ fost dawk kollha li jgħixu fil-Mellieħa.