Interċettata missila ballistika

Il-missila ballistika tar-ribelli tal-Jemen ġiet interċettata qrib Riyadh.
Il-koalizzjoni mmexxija mill-Għarabja Sawdija kontra r-ribelli Houthi tal-Jemen qalet li interċettat missila ballistika qrib Riyadh.skond rapporti li dehru fil-midja tal-Istat ta’ Sawdi. 
Rapporti fil-midja tal-Istat Sawdi jgħidu li diversi kienu dawk li poġġew ritratti ta’ sħab ta’ duħħan fl-arja. S’issa ma kienx hemm rapporti li juru li weġġa’ xi ħadd. 
Skont Al Masirah, l-istazzjon tal-Houthis, il-missila kienet immirata lejn il-Palazz al-Yamama fejn kien hemm laqgħa bejn il-mexxejja tas-Sawdi li fiha huwa mistenni li jiġi diskuss il-baġit annwali tar-Renju.
Ikkwotaw il-Forzi tal-Missili tal-Houthis jgħidu li l-missila Burkan-2 kienet se tiġi sparata t-Tlieta waranofsinhar bħala risposta għall-atrotiċitajiet li twettqu kontra n-nies tal-Jemen mill-aggressjoni tal- Istati Uniti u s-Sawdi. 
Ix-xahar li għadda missila simili kienet viċin li tolqot l-ajruport ta’ Riyadh. 
Kemm l-Għarbja Sawdija kif ukoll l-Istati Uniti akkużaw lill-Iran li huma taw il-missila lill-Houthi.