Inter Milan ħadu b’loan lil Victor Moses mingħand Chelsea

Inter Milan ħadu b’loan lil Victor Moses mingħand Chelsea. Id-difensur ingħaqad mal-eks coach tiegħu Antonio Conte wara li kien wieħed mill-pedini importanti għal Chelsea fir-rebħa tal-Premier League tal-2017.

Il-plejer versatili li għandu 29 sena, qatta’ dan l-istaġun fuq loan mat-tim Tork Fenerbahce. Iżda Chelsea ddeċidew li kellhom jiħduh lura meta Conte kellimhom biex jingħaqad ma’ Inter Milan aktar kmieni dan ix-xahar.

B’hekk Moses se jkun qed jilgħab fl-Italja ġewwa San Siro sal-aħħar tal-istaġun. Din il-mossa kienet mistennija wara li Romelu Lukaku, li ċaħad il-possibbiltà li jingħaqad ma’ United biex ingħaqad ma’ Inter fis-Sajf li għadda, ħa ritratt ma’ Moses u l-bqija tat-tim waqt ikla.

Moses issa se jkun qed jagħmel li jista’ biex jgħin lil Inter jwaqqfu d-dominanza ta’ Juve fis-Serie A.