Inter Miami jitilfu l-ewwel logħba tagħhom fl-MLS

David Beckham attenda għall-ewwel logħba tat-tim tiegħu Inter Miami. Iżda sfortunatament spiċċaw tilfu kontra Los Angeles FC. Din kienet il-logħba inawgurali tagħhom fil-Major League Soccer (MLS).

L-eks captain tat-tim nazzjonali Ingliż kellu rwol kbir fil-proġett u għalhekk huwa wieħed mill-proprjetarji tal-klabb u hu l-president għall-operazzjonijiet tal-futbol. It-tim kellu l-aktar debutt diffiċli li seta’ jkollhom wara li bdew l-Istorja tagħhom b’logħba kontra LAFC li ta’ sikwit jirbħu l-league.

Carlos Vela skurja l-unika gowl tal-logħba.

Beckham attenda għal-logħba flimkien ma’ martu Victoria u ibnu Brooklyn. Inter Miami ġibdu bosta partitarji lejhom għal-logħba. Din kienet waħda mill-aktar logħbiet li kien hemm domanda għaliha f’termini ta’ biljetti fl-aħħar 10 snin.